Fost ħafna xogħol televiżiv, is-sena li għaddiet idebbuttajna bl-ewwel serje tagħna… DELL MINSI! fejn kien l-aktar programm segwit kull nhar ta’ Tnejn fil-ħin tiegħu.
Ma nistgħux ma nerġawx insemmu lil RG3 li fl-istess sena konna id f’id magħhom biex ngħinu f’dak kollhu li jkun hemm bzonn u intellgħu l-Klinika fuq ONE, serie li ser ikompli it-2 stagun tiegħu minn Ottubru li ġej!
Din is-sena, ser inkunu qed inwasslulkom serje ġdid ieħor bi produzzjoni tagħna… FUQ 3 FAĊĊATI! Minn Ottubru li ġej fuq Net Television.