Iva, l-opportunitajiet dejjem kienu ta priorità għalina. F’dawn l-aħħar 10 snin irnexxilna nipproduċu diversi xogħolijiet, dejjem b’regola ġenerali li kull xogħol li jitla jrid ikollu studenti minn MIXTA nvoluti.
Aktar minn hekk Mixta hija wkoll agenzija, fejn ta spiss inkunu f’kuntatti ma kumpaniji oħra biex inwasslulhom dak l-attur/attriċi li jkunu qedin ifitxu, u fl-istess ħin nibqgħu niftħu l-bibien tal-opportunitajiet għal dawn l-istudenti li għanna ferm għal qalbna!