Kwestjonarju

Mission Statement

At Mixta, we nurture creativity and inspire artistic expression by fostering a diverse and inclusive community. Through our programs and events, we empower individuals to explore their passions, develop their talents, and connect with others to create a vibrant cultural landscape.

Għeżież,

Neħtieġu l-parteċipazzjoni tagħkom f’dan is-servej anonimu sabiex niġbru r-rispons mingħandkom fuq is-servizzi tagħna. Nassigurakom li t-tweġibiet tagħkom se jibqgħu kompletament anonimi u kunfidenzjali. Ir-risposti onesti u l-ħsibijiet kruċjali tagħkom se jgħinuna nifhmu l-livell ta’ sodisfazzjon li tieħdu, filwaqt li tgħinuna nkomplu ntejbu s-servizzi tagħna.

Inħeġġukom sabiex tħossukom liberi taqsmu magħna l-ħsibijiet tagħkom, għaliex dan is-servej huwa ddisinjat b’mod għaqli sabiex taqsmu magħna l-esperjenzi tagħkom magħna. Ir-risposti tagħkom se jkunu qegħdin jiġu eżaminati b’mod kollettiv minflok b’mod individwali.

Nirringrazzjawkom bil-quddiem talli se tieħdu l-ħin biex tipparteċipaw f’dan is-servej. Ir-rispons tagħkom se jkun apprezzat ferm.


Dejjem tagħkom,

Clayton Pace
Direttur ta’ Mixta Drama

F’liema sena (snin) kont parti mill-iskola tagħna?
Liema tuturi għallmuk?

L-esperjenza ġenerali:

Kemm int sodisfatt bl-esperjenza ġenerali fis-servizzi tagħna waqt il-lezzjonijiet tad-drama?

Tgħallim u istruzzjoni:

Kemm int sodisfatt bil-kwalità ta’ tagħlim fejn jidħol il-kors tad-drama?
It-tutur tad-drama pprovda istruzzjonijiet ċari u assistenza meħtieġa?
It-tutur tad-drama ħoloq ambjent ta’ sapport u inkoraġġiment matul il-lezzjoni?

Varjetà u Kreattività:

Il-kors tad-drama offra varjetà ta’ attivitajiet u prestazzjonijiet?
Ġejt mogħti opportunitajiet sabiex taħdem fi produzzjonijiet teatrali u dawk televiżivi?

Kollaborazzjoni u Ħidma fi grupp:

Tħoss li fil-kors tad-drama hemm sens ta’ għaqda bejn l-istudenti?
Kellek iċ-ċans taħdem fi proġetti jew produzzjonijiet fi gruppi?
Kemm kellha effett il-ħidma fi grupp u l-koperazzjoni matul il-kors tad-drama fuqek?

Żvilupp:

Ħassejt li l-ħiliet u l-abbiltajiet tiegħek fid-drama tjiebu matul il-kors?
Irċivejt rispons kostruttiv u opportunità sabiex tikber personalment?
Kemm tħoss li l-kors ippreparak għal proġetti futuri?

Affordibbiltà:

Tħoss li l-prezz tal-kors huwa affordibbli?
Tikkonsidra dak li jiġi pprovdut, taħseb li l-kors għandu prezz raġonevoli?
Taħseb li l-kors joffri l-aqwa valur għall-prezz imħallas?

Suġġerimenti għall-aħjar:

Hemm xi aspetti speċifiċi fil-kors li taħseb li għandu jitjieb sabiex il-kors ikollu iżjed valur għall-prezz imħallas?
Tissuġġerixxi xi ħaġa speċifika sabiex intejbu l-kors tad-drama u nilħqu iżjed l-aspettattivà tal-istudent?
This site is protected by reCAPTCHA and the Google Privacy Policy and Terms of Service apply.

SideMenu